Projects

The Setting up of the Gal Xlokk Tourist Information Office (TIO)

Wieħed mill-proġetti prinċipali li twettaq taħt il-Programm (2007-2013), kien propju t-twaqqif ta’ Ċentru Informattiv għat-Turisti ġewwa l-lokalita ta’ Marsaxlokk. Dan iċ-Ċentru qed sservi bħala mezz t’informazzjoni li hija essenzjali għat-turisti li jkunu konxji tal-wirt kulturali għani preżenti fix-Xlokk ta’ pajjiżna. Il-proġett seħħ wara li fl-Istrateġija tal-Programm LEADER (2007-2013) deher evidenti, in-nuqqas ta’ ċentru informattiv għat-turisti li jżuru t-territorju tax-Xlokk.

 

Is-suċċess tal-proġett kien permezz tal-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk. Il-Ministeru qed jaċċerta s-sostennibilta’ tal-proġett billi jipprovdi ħaddiema mħarrġa matul is-sena kollha. Fl-istess waqt il-Kunsill Lokali huwa responsabbli mill-manutenzjoni tal-proġett. Il-proġett kollu laħaq is-somma ta’ €149, 731, fejn €97,900 minnhom ingħataw lill-Kunsill lokali mill-fondazzjoni GAL XLOKK permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropeja taħt il-Programm LEADER (L-Ewropa tinvesti f’żoni Rurali)

 

Fil-“Hub” il-viżitaturi jistgħu jsibu informazzjoni permezz ta’ fuljetti u materjal ieħor stampat. Iċ-Ċenru informattiv huwa mgħammar ukoll b’panel interattiva (kjosk informazzjoni interattiv) li qed jippermetti lit-turisti aċċess għal mezzi oħra ta’ informazzjoni dwar restoranti lokali; mezzi tat-trasport; kalendarju bl-avvenimenti; produtturi ta ‘prodotti lokali u siti ta’ interess naturali, kulturali u rurali. Din il-panel hija aċċessaibli 24/7 għall-viżitaturi kollha.

 

Iċ-ċentru ta ‘informazzjoni turistika f’Marsaxlokk qed joħloq sinerġija bejn id-diversi partijiet interessati u tipprovdi informazzjoni dwar siti t’interess u attrazzjonijiet mifruxa fit-territorju tax-Xlokk. Dan għandu wkoll iżid l-espożizzjoni tal-prodotti lokali u niche markets mat-turisti u residenti Maltin. B’hekk se jkunu qed jibbenefikaw intrapriżi żgħar u lokali, il-produtturi u l-entitajiet ta’ negozji varji.

LEADER Public Consultation Meetings (2014-2020)

In 2016, GXF has implemented a wide public consultation process as part of its work for the Local Development Strategy for the LEADER programme covering the 2014-2020 Programming period. The Foundation invited all its local stakeholders including local councils, community members, private entities, NGOs and voluntary organisations for (3) three public meetings. The meetings were held in the localities of Zejtun, Qrendi and Luqa.

Those interested in the sector of agriculture, SMEs, rural economy, agri-tourism, and environment amongst others, had the opportunity to participate in the meetings. The ultimate aim of the meetings was to put forward ideas and proposals for projects considered vital for the South-East territory. In addition, the LAG’s manager and secretary met on a one-to-one basis with all those interested to discuss into detail their proposals.

Hal Farrug Family Park

Dan il-proġett li se jkun żviluppat fuq in-naħa ta’ wara tal-housing estates ta’ Ħal-Farruġ, se jsir bis-saħħa tal-Fondazzjoni Gal Xlokk, grazzi għall-finanzjament ta’ €295,000 mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja taħt il-programm ghal-iZvilupp Rurali 2007-2013, Mizura 313.

Dan il-proġett se jkun maqsum fi tnejn. F’parti tal-park se jkun hemm bandli tal-aqwa kwalita għal tfal żgħar. Eżatt qrib dawn il-bandli hemm picnic area għall-familji, biex il-ġenituri jkunu jistgħu iżommu lil uliedhom taħt għajnejhom f’kull ħin. Fil-parti tal-oħra tal-park se jkun hemm jogging track u apparat idejali għall-eżerċizzju fiżiku għal żgħażagħ sa’ sittax-il sena.

Ghaxaq Playing Field

Din is-sena, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq bħala membru tal-Fondazzjoni Gal Xlokk qed jibbenefika mill-Miżura 313. Il-Gal Xlokk permezz tal-Programm Ewropew Leader, ħareġ applikazzjonijiet għall-Miżura 313 fejn il-Kunsilli Lokali kollha li huma membri fi ħdan il-Gal Xlokk ikunu jistgħu japplikaw. Il-proġett jikkonsisti fi grawnd tal-futbol għat-tfal, kif ukoll fi ġnien u f’bandli għat-tfal minn età żgħira sa dik ta’ 12-il sena. Hemm ukoll outdoor gym għall-adulti u l-anzjani biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu ftit eżerċizzju fiżiku, li jagħmel tajjeb ħafna għal saħħitna. Dan il-proġett se jiġi jiswa madwar 120 elf ewro, li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.

Zejtun Heritage Trail

Il-proġett li ngħata t-titlu ‘Minn Kappella sa’ Kappella’ jibda mill-Kappella ta’ Santa Marija f’Ħal-Tmiem u jwassal sal-Kappella ta’ San Niklaw u mbaghad jestendi lejn Triq Strejnu għall-Xrobb l-Għaġin. B’kollox hemm tul ta’ kilometru li fuqu bħalissa qed isiru x-xogħlijiet, biċċa xogħol kbira li grazzi għall-programm Leader rnexxielna nattiraw investiment ta’ €300,000. Dan il-proġett qiegħed igawdi minn skema ta’ fondi li tinsab taħt Miżura 313 li għandha l-għan tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u l-wirt kulturali biex tingħata spinta lit-turizmu rurali.

Family Park Gdid fiz-zona ta’ San Tumas f’ Marsaskala

Il-Kunsill ta’ Marsaskala rnexxielu jikseb is-somma sabiħa ta’  biex jiġi żviluppat Family Park minflok il-ġnien eżistenti fiż-żona ta’ San Tumas.  Dan se jkun jikkonsisti f’outdoor gym kif ukoll bandli li jinvolvi attivitajiet fiżiċi għat-tfal ukoll.  Dan il-Family Park ser ikollu apparat tal-logħob għat-tfal modern installati bl-aqwa sigurta’. Ser ikun hemm ukoll picnic area għall-familji, fitness trail, kif ukoll health trek għall-eżerċizzju fiżiku

Heritage Trail fil-Wied ta’ Hal Qormi

 

Dan il-proġett, li ser ikun iffinanzjat mill-proġett LEADER  tal-Unjoni Ewropea, programm Zvilupp Rurali, jikkonsisti f’tisbiħ tal-bidu u tmiem tal-Heritage Trail u titjib tat-triq kollha tul l-istess Heritage Trail.

 

Dan it-trail jibda proprju mill-bandli f’ tal-Blat fejn ix-xogħol ser ikun jikkonsisti f’riabilitazzjoni sħiħa ta’ dan il-bandli li ser ikun aċċessibbli għal kulhadd u ser jipprovdi post ta’ rikreazzjoni partikolarment lit-tfal.

 

Ix-xogħol ikompli jissokta billi jinbidlu l-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu mwaqqgħin tul dan it-trail, ħalli nikkoltivaw din is-sengħa tradizzjonali u artistika u li tagħti vizwali kif jixraq il-pajsaġġ Malti. Ser isir manutenzjoni tal-passaġġi li jwassluk sa’ quddiem il-kappella tal-Madonna tal-Ħlas.

 

Hemmhekk ser isir xogħol ta’ tisbiħ billi jsir pavimentar bil-ġebla tal-qawwi u ssir zona ta’ rikreazzjoni permezz ta’ twaħħil ta’ bankijiet ġodda u għamara tat-triq oħra kif meħtieġ.

 

Ser tinħoloq ukoll picnic area lejn nofs din il-Heritage Trail biex tassew inkomplu nsaħħu il-prodott turistiku li toffri z-zona rurali tal-belt tagħna.  Dan il-progett jiswa madwar 247,000 ewro u ser jsir mill-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi permezz tal-fondi ewropej miksuba bil-ghajnuna tal-Fondazzjoni GAL Xlokk.