Project Description
Din is-sena, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq bħala membru tal-Fondazzjoni Gal Xlokk qed jibbenefika mill-Miżura 313. Il-Gal Xlokk permezz tal-Programm Ewropew Leader, ħareġ applikazzjonijiet għall-Miżura 313 fejn il-Kunsilli Lokali kollha li huma membri fi ħdan il-Gal Xlokk ikunu jistgħu japplikaw. Il-proġett jikkonsisti fi grawnd tal-futbol għat-tfal, kif ukoll fi ġnien u f’bandli għat-tfal minn età żgħira sa dik ta’ 12-il sena. Hemm ukoll outdoor gym għall-adulti u l-anzjani biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu ftit eżerċizzju fiżiku, li jagħmel tajjeb ħafna għal saħħitna. Dan il-proġett se jiġi jiswa madwar 120 elf ewro, li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.
Project Details
- Date: April 30, 2013
- Categories: Projects
- Project URL: Visit online →