Project Description
Dan il-proġett, li ser ikun iffinanzjat mill-proġett LEADER tal-Unjoni Ewropea, programm Zvilupp Rurali, jikkonsisti f’tisbiħ tal-bidu u tmiem tal-Heritage Trail u titjib tat-triq kollha tul l-istess Heritage Trail.
Dan it-trail jibda proprju mill-bandli f’ tal-Blat fejn ix-xogħol ser ikun jikkonsisti f’riabilitazzjoni sħiħa ta’ dan il-bandli li ser ikun aċċessibbli għal kulhadd u ser jipprovdi post ta’ rikreazzjoni partikolarment lit-tfal.
Ix-xogħol ikompli jissokta billi jinbidlu l-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu mwaqqgħin tul dan it-trail, ħalli nikkoltivaw din is-sengħa tradizzjonali u artistika u li tagħti vizwali kif jixraq il-pajsaġġ Malti. Ser isir manutenzjoni tal-passaġġi li jwassluk sa’ quddiem il-kappella tal-Madonna tal-Ħlas.
Hemmhekk ser isir xogħol ta’ tisbiħ billi jsir pavimentar bil-ġebla tal-qawwi u ssir zona ta’ rikreazzjoni permezz ta’ twaħħil ta’ bankijiet ġodda u għamara tat-triq oħra kif meħtieġ.
Ser tinħoloq ukoll picnic area lejn nofs din il-Heritage Trail biex tassew inkomplu nsaħħu il-prodott turistiku li toffri z-zona rurali tal-belt tagħna. Dan il-progett jiswa madwar 247,000 ewro u ser jsir mill-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi permezz tal-fondi ewropej miksuba bil-ghajnuna tal-Fondazzjoni GAL Xlokk.
Project Details
- Date: April 12, 2013
- Categories: Projects