Project Description
Wieħed mill-proġetti prinċipali li twettaq taħt il-Programm (2007-2013), kien propju t-twaqqif ta’ Ċentru Informattiv għat-Turisti ġewwa l-lokalita ta’ Marsaxlokk. Dan iċ-Ċentru qed sservi bħala mezz t’informazzjoni li hija essenzjali għat-turisti li jkunu konxji tal-wirt kulturali għani preżenti fix-Xlokk ta’ pajjiżna. Il-proġett seħħ wara li fl-Istrateġija tal-Programm LEADER (2007-2013) deher evidenti, in-nuqqas ta’ ċentru informattiv għat-turisti li jżuru t-territorju tax-Xlokk.
Is-suċċess tal-proġett kien permezz tal-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk. Il-Ministeru qed jaċċerta s-sostennibilta’ tal-proġett billi jipprovdi ħaddiema mħarrġa matul is-sena kollha. Fl-istess waqt il-Kunsill Lokali huwa responsabbli mill-manutenzjoni tal-proġett. Il-proġett kollu laħaq is-somma ta’ €149, 731, fejn €97,900 minnhom ingħataw lill-Kunsill lokali mill-fondazzjoni GAL XLOKK permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropeja taħt il-Programm LEADER (L-Ewropa tinvesti f’żoni Rurali)
Fil-“Hub” il-viżitaturi jistgħu jsibu informazzjoni permezz ta’ fuljetti u materjal ieħor stampat. Iċ-Ċenru informattiv huwa mgħammar ukoll b’panel interattiva (kjosk informazzjoni interattiv) li qed jippermetti lit-turisti aċċess għal mezzi oħra ta’ informazzjoni dwar restoranti lokali; mezzi tat-trasport; kalendarju bl-avvenimenti; produtturi ta ‘prodotti lokali u siti ta’ interess naturali, kulturali u rurali. Din il-panel hija aċċessaibli 24/7 għall-viżitaturi kollha.
Iċ-ċentru ta ‘informazzjoni turistika f’Marsaxlokk qed joħloq sinerġija bejn id-diversi partijiet interessati u tipprovdi informazzjoni dwar siti t’interess u attrazzjonijiet mifruxa fit-territorju tax-Xlokk. Dan għandu wkoll iżid l-espożizzjoni tal-prodotti lokali u niche markets mat-turisti u residenti Maltin. B’hekk se jkunu qed jibbenefikaw intrapriżi żgħar u lokali, il-produtturi u l-entitajiet ta’ negozji varji.
Project Details
- Date: October 2, 2017
- Categories: Projects